Citadel Museums and Sites

Call Website

Citadel Museums and Sites The Citadel museums and sites are unique individual properties, yet they complement each other with their narratives relating to Gozo's rich history.

The display at the 𝗚𝗼𝘇𝗼 𝗠𝘂𝘀𝗲𝘂𝗺 𝗼𝗳 𝗔𝗿𝗰𝗵𝗮𝗲𝗼𝗹𝗼𝗴𝘆 illustrates the rich material culture of the small island of Gozo from prehistoric times up to the arrival of the Knights of St John. The 𝗢𝗹𝗱 𝗣𝗿𝗶𝘀𝗼𝗻 is a small, yet fascinating, historic site whose origins go back to the time of the Knights. The prison cell walls are covered with authentic graffiti produced by the inmates. The 𝗚𝗿𝗮𝗻 𝗖𝗮𝘀𝘁𝗲𝗹𝗹𝗼 𝗛𝗶𝘀𝘁𝗼𝗿𝗶𝗰 𝗛𝗼𝘂𝘀𝗲 is a complex of Late Medieval and Early Modern houses, thus making them the oldest-surviving buildings within the Citadel walls. Visitors can experience how locals lived in bygone times. The 𝗚𝗼𝘇𝗼 𝗡𝗮𝘁𝘂𝗿𝗲 𝗠𝘂𝘀𝗲𝘂𝗺 offers displays relating to the natural environment of the island, and includes topics like geology, marine habitats, birds and insects. The four museums are further complemented by the 𝗖𝗶𝘁𝘁𝗮𝗱𝗲𝗹𝗹𝗮 𝗩𝗶𝘀𝗶𝘁𝗼𝗿𝘀’ 𝗖𝗲𝗻𝘁𝗿𝗲 which is included in the entry ticket. Here visitors may enjoy audio-visual and immersive experiences focusing on the history of the Gozo Citadel.

🇲🇹 Ninsabu ħerqana biex nerġgħu nilqgħukom għal lejl avventuruż ġewwa l-Ħabs il-Qadim fiċ-Ċittadella 🛏😴Il-postijiet koll...
20/10/2026

🇲🇹 Ninsabu ħerqana biex nerġgħu nilqgħukom għal lejl avventuruż ġewwa l-Ħabs il-Qadim fiċ-Ċittadella 🛏😴

Il-postijiet kollha issa jinsabu mimlijin. Grazzi tal-appoġġ!
🇬🇧 We cannot wait to host you again for an adventurous night within the cells of the Old Prison in the Ċittadella 🛏😴

This event is now FULLY BOOKED. Thank you for your support!

🇲🇹 Il-fjuri tal-basal tal-għansar f’tgħanniqa ħelwa bil-kampnar tal-Katidral fl-isfond.💞Dil-pjanta indiġena tkompli ssaħ...
08/10/2026

🇲🇹 Il-fjuri tal-basal tal-għansar f’tgħanniqa ħelwa bil-kampnar tal-Katidral fl-isfond.💞

Dil-pjanta indiġena tkompli ssaħħarna bis-sbuħija tagħha matul ix-xahar t’Ottubru. Uħud mill-fjuri diġà ġew iffertilizzati u qed jiffurmaw iż-żerriegħa.🌸

🏛️ Infakkru lill-pubbliku li għad li s-sular t’isfel tal-Mużew tan-Natura t’Għawdex huwa magħluq bi tħejjija għall-Mużew t’Għawdex, is-sular ta’ fuq kif ukoll il-ġnien jistgħu jitgawdew mit-Tlieta sal-Ħadd. DĦUL B’XEJN.
🇬🇧 The flowers of the sea squill in a sweet embrace, with the Cathedral belfry in the background.💞

This indigenous plant continues to mesmerize with its beauty during the month of October. Some of the flower spikes have already been fertilized and are producing seeds.🌸

🏛️ We wish to remind the public that although the ground floor of the Gozo Nature Museum is closed in preparation for the Gozo Museum, the upper floor and the garden are accessible from Tuesday to Sunday. FREE ENTRANCE.

🇲🇹 3️⃣0️⃣ sena nilqgħu l-viżitaturi ġewwa l-Ħabs il-Qadim!Bħal-lum fl-1996, fetaħ il-bibien tiegħu dan is-sit storiku ġe...
04/10/2026

🇲🇹 3️⃣0️⃣ sena nilqgħu l-viżitaturi ġewwa l-Ħabs il-Qadim!

Bħal-lum fl-1996, fetaħ il-bibien tiegħu dan is-sit storiku ġewwa ċ-Ċittadella, wara xogħlijiet estensivi ta’ restawr. B’hekk żdiedet attrazzjoni oħra għat-turisti barranin u anke lokali.

🖊 Gazzetti ta’ dak iż-żmien irrimarkaw fuq il-karatteristiċi uniċi ta’ dan il-post, fosthom il-kollezzjoni kbira ta’ graffiti storiċi migrufa fil-ħitan mill-priġunieri nfushom, li jinkludu iġfna, dati u ismijiet. Dawn inkixfu meta tneħħiet kisja ta’ ġir minn mal-ħitan waqt ir-restawr.

Tletin sena wara, dawn il-graffiti ta’ mijiet ta’ snin jibqgħu jsaħħru lill-viżitatur u jqanqlu kurżitajiet dwar il-priġunieri li ġew miżmuma hawn.✨
🇬🇧 3️⃣0️⃣ years of welcoming visitors to the Old Prison!

On this day in 1996, the Old Prison within the citadel walls officially opened to the public following extensive restoration works, providing a new attraction for both locals and foreigners.

🖊 Contemporary newspapers highlighted the site's unique features, among them a remarkable collection of historic graffiti carved into the walls by prisoners, including ships, dates and names. These were revealed when a layer of lime plaster was removed from the walls during restoration.

Thirty years on, these centuries-old graffiti continue to connect visitors with the prisoners and stories behind this historic place.✨

🇲🇹 Grazzi talli ngħaqadtu magħna!Nirringrazzjaw lil kull min ħa sehem fl-attività tal-għażil tas-suf li ttellgħet ġewwa ...
25/09/2026

🇲🇹 Grazzi talli ngħaqadtu magħna!

Nirringrazzjaw lil kull min ħa sehem fl-attività tal-għażil tas-suf li ttellgħet ġewwa d-Dar Storika tal-Gran Kastell. Kien ta’ sodisfazzjon kbir għalina li naraw konkorrenza b’daqshekk entużjażmu biex qsamna magħkom din is-sengħa antika li ġiet mgħoddiha minn ġenerazzjoni għall-oħra.

Napprezzaw is-sapport li turuna biex inkomplu nżommu dawn it-tradizzjonijiet ħajjin! 🧶
🇬🇧 Thank you for spinning with us!

A heartfelt thank you to everyone who attended our Spinning Yarn event at the Gran Castello Historic House. It was wonderful to see such enthusiasm for this traditional craft and to share a skill that has been passed down through generations.

We appreciate your support in helping keep these traditions alive! 🧶

🇲🇹 F’waħda mill-kmamar tad-Dar Storika tal-Gran Kastell, il-viżitaturi jistgħu josservaw varjetà ta’ kejl, piżijiet u mw...
17/09/2026

🇲🇹 F’waħda mill-kmamar tad-Dar Storika tal-Gran Kastell, il-viżitaturi jistgħu josservaw varjetà ta’ kejl, piżijiet u mwieżen differenti, li fl-antik kienu jintużaw fil-ħwienet tal-merċa, spiżeriji, mill-bejjiegħa tal-qubbajt u negozjanti oħra. ⚖

Dawn l-għodda kienu parti integrali mill-ħajja ta’ kuljum, u ħafna xiri u bejgħ ma setax isir mingħajrhom.

Ir-ritratti juru:
1️⃣ Stasiji bil-ganċijiet, biex jintiżnu oġġetti tqal
2️⃣ Miżien li jiddendel, tal-ħanut tal-merċa
3️⃣ Miżien tal-ispiżjar
4️⃣ Piż tar-ram isfar, ekwivalenti għal ratal (800g)
🇬🇧 In one of the ground floor rooms at the Gran Castello Historic House, visitors can discover a variety of traditional weights and measures, along with scales and balances once used by grocers, pharmacists, nougat-sellers and other tradesmen in bygone days. ⚖

These tools played a crucial role in everyday life, as many commercial transactions were based on accurately weighed goods.

Seen here are:
1️⃣ Steelyards with hooks, for weighing heavy loads
2️⃣ Hanging grocer’s scales
3️⃣ A pharmacy steelyard balance with hanging pan
4️⃣ Brass weight equivalent to 800g

🇲🇹 Qatt kellek kurżità kif is-suf tan-nagħaġ isir ħajt? 🐑🧶 Nhar is-Sibt 19 ta’ Settembru, fl-okkażjoni ta’ Worldwide Spi...
08/09/2026

🇲🇹 Qatt kellek kurżità kif is-suf tan-nagħaġ isir ħajt? 🐑🧶

Nhar is-Sibt 19 ta’ Settembru, fl-okkażjoni ta’ Worldwide Spin in Public Day, skopri l-proċess tal-għażil tas-suf fid-Dar Storika tal-Gran Kastell fiċ-Ċittadella. Ejja u segwi għażżiela waqt ħidmietha, filwaqt li tmidd idejk għal din is-sengħa antika. Tkun tista’ tieħu d-dar miegħek dak li toħloq!

🎟 Dettalji u biljetti: https://heritagemalta.mt/whats-on/spinning-yarn/
🇬🇧 Ever wondered how sheep’s wool becomes yarn? 🐑🧶

On Saturday 19th September, Worldwide Spin in Public Day, discover the ancient art of spinning wool at the Gran Castello Historic House in the Ċittadella. Watch a skilled spinner, try your hand at this historic craft and take home your own creation!

🎟 Details & tickets: https://heritagemalta.mt/whats-on/spinning-yarn/

🇲🇹  Minħabba ċirkustanzi mhux previsti, nixtiequ ninfurmawkom li d-dimostrazzjoni tal-insiġ ta’ għada l-Erbgħa 2 ta' Set...
01/09/2026

🇲🇹 Minħabba ċirkustanzi mhux previsti, nixtiequ ninfurmawkom li d-dimostrazzjoni tal-insiġ ta’ għada l-Erbgħa 2 ta' Settembru ġiet ikkanċellata. 📢

Niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent, filwaqt li nistidnukom tingħaqdu magħna fid-9 ta’ Settembru għad-dimostrazzjoni li jmiss bejn il-11:00am u s-1:00pm. 🧵

Nirringrazzjawkom talli tifhmuna, u nistennew bil-ħerqa li narawkom dakinhar!

🇬🇧 Due to unforeseen circumstances please note that the weaving demonstration of tomorrow Wednesday 2nd September has been cancelled.📢

We apologise for any inconvenience and look forward to welcoming you back for another experience in traditional weaving techniques on the 9th of September between 11:00am and 1:00pm. 🧵

Thank you for your understanding, and we look forward to seeing you then!

⚱️ Illejla u għada filgħaxija, fil-port tax-Xlendi... narawkom! 🤿⚱️ Tonight and tomorrow evening, Xlendi seafront... see...
21/08/2026

⚱️ Illejla u għada filgħaxija, fil-port tax-Xlendi... narawkom! 🤿
⚱️ Tonight and tomorrow evening, Xlendi seafront... see you there! 🤿

🇲🇹 Qabel ix-𝐗𝐥𝐞𝐧𝐝𝐢 𝐒𝐡𝐢𝐩𝐰𝐫𝐞𝐜𝐤 𝐅𝐞𝐬𝐭𝐢𝐯𝐚𝐥 fi tmiem din il-ġimgħa xtaqna naqsmu magħkom dan il-ġmiel ta’ ritratt li juri wieħ...
20/08/2026

🇲🇹 Qabel ix-𝐗𝐥𝐞𝐧𝐝𝐢 𝐒𝐡𝐢𝐩𝐰𝐫𝐞𝐜𝐤 𝐅𝐞𝐬𝐭𝐢𝐯𝐚𝐥 fi tmiem din il-ġimgħa xtaqna naqsmu magħkom dan il-ġmiel ta’ ritratt li juri wieħed mit-tim qed idaħħal numru ta’ anfori u ankra taċ-ċomb fuq ix-xtajta tax-Xlendi.🏺⚓

Dan ir-ritratt ittieħed fl-1961 meta sar survey ta’ fdalijiet ta’ ġifen Ruman fil-baħar tax-Xlendi. Is-survey kien tmexxa minn tim ta’ esperti mill-Imperial College London, taħt id-direzzjoni ta’ John Woods. Numru ta’ artifatti importanti kienu ttellgħu minn qiegħ il-baħar dakinhar.
🇬🇧 Ahead of the 𝐗𝐥𝐞𝐧𝐝𝐢 𝐒𝐡𝐢𝐩𝐰𝐫𝐞𝐜𝐤 𝐅𝐞𝐬𝐭𝐢𝐯𝐚𝐥 taking place this weekend, we would like to share with you this stunning image entitled “Bringing amphorae and a lead anchor ashore at Xlendi”.🏺⚓

This was taken during the 1961 survey of a Roman wreck at the mouth of Xlendi Bay. The survey was led by a team from Imperial College London, under the direction of John Woods. Several important artefacts were retrieved from this wreck.

📷 John D. Woods, 1961

📢 Bi pjaċir inħabbru li minn nhar il-Ħamis 13 t’Awwissu, ser nerġgħu nibdew nilqgħukom fid-dar tan-naħa tax-xellug fil-k...
12/08/2026

📢 Bi pjaċir inħabbru li minn nhar il-Ħamis 13 t’Awwissu, ser nerġgħu nibdew nilqgħukom fid-dar tan-naħa tax-xellug fil-kumpless li jifforma d-Dar Storika tal-Gran Kastell ġewwa ċ-Ċittadella. Dan wara li tlesta xogħol ta’ restawr u tisbiħ li kien ilu għaddej matul din l-aħħar sena.✨

Nistennew bil-ħerqa li nilqgħukom!
📢 We’re pleased to announce that from Thursday 13th August, the left wing of the Gran Castello Historic House complex at Gozo’s Ċittadella will once again be open to visitors. This follows the conclusion of restoration works that have been ongoing for the past year.✨

We look forward to welcoming you again!

Address

Victoria

Opening Hours

Tuesday 09:00 - 17:00
Wednesday 09:00 - 17:00
Thursday 09:00 - 17:00
Friday 09:00 - 17:00
Saturday 09:00 - 17:00
Sunday 09:00 - 17:00

Telephone

+35621556144

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Citadel Museums and Sites posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Shortcuts

Share

Category