13/10/2026
Il-wirja l-ġdida tal-MICAS ta' pitturi ta' Nathanaëlle Herbelin, Kemi Onabulé u Megan Rooney, ikkurata mid-Direttur Artistiku tal-MICAS Edith Devaney, '𝗔 𝗡𝗲𝘄 𝗟𝗶𝗳𝗲 𝗙𝗼𝗿𝗰𝗲' infetħet uffiċjalment il-weekend li għadda.
Il-ftuħ kien indirizzat mill-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta fejn enfasizzat l-importanza ta’ settur kulturali li jħaddan esperjenzi, perspettivi u forom differenti ta’ espressjoni artistika, u miil-Ministru għall-Arti, Kultura u Wirt Nazzjonali Malcolm Agius Paul Galea li tkellem kif “‘il-wiirja ‘A New Life Force’ tfakkarna li l-kultura qatt mhi statika. Tevolvi, twieġeb, u toħloq konverżazzjonijiet ġodda dwar minn fejn ġejjin u fejn irridu mmorru.”
Phyllis Muscat, iċ-Chairperson Eżekuttiv tal-MICAS, qalet li l-wirja kienet “forsi l-aktar espressjoni kompluta” tal-mużew u l-konvizzjoni li tħaddan: “l-aktar ħaġa sinifikanti l-istituzzjoni tagħna tista’ tagħmel għal Malta, hija li ġġib artisti internazzjonali ta’ kull ġenerazzjoni, fi djalogu ġenwin mal-post li jaħdmu fih.”
Id-Direttur Artistiku tal-MICAS Edith Devaney tkellmet dwar l-influwenza tal-kultura, l-istorja u l-ġeografija Maltija f'xi xogħlijiet - mid-dawl Mediterranju rifless fil-baħar fl-astrazzjonijiet kbar ta’ Megan Rooney, il-fawna tal-gżejjer preżenti b’mod ċar fil-pajsaġġi rikki ta’ Kemi Onabulé, sat-tradizzjoni tal ex-voto Maltin fix-xogħlijiet ta’ Nathanaëlle Herbelin.
🖼️ Il-‘wirja ‘𝗔 𝗡𝗲𝘄 𝗟𝗶𝗳𝗲 𝗙𝗼𝗿𝗰𝗲' issa hija miftuħa u tista' taraha sal-31 ta' Jannar 2027.
Titlifx l-opportunità li tesperjenza 'A New Life Force' int stess. Żur il-MICAS u skopri x-xogħlijiet straordinarji ta' Nathanaëlle Herbelin, Kemi Onabulé, u Megan Rooney.
𝗜𝗽𝗽𝗷𝗮𝗻𝗮 𝘇̇-𝘇̇𝗷𝗮𝗿𝗮 𝘁𝗶𝗲𝗴ħ𝗲𝗸 𝗶𝗹𝗹𝘂𝗺:
🕙 Ħ𝗶𝗻𝗶𝗷𝗶𝗲𝘁 𝘁𝗮𝗹-𝗙𝘁𝘂ħ 𝘁𝗮𝗹-𝗠𝗜𝗖𝗔𝗦:
- It-Tnejn: Magħluq
- It-Tlieta – Il-Ħadd: mill-10:00 ta' filgħodu sal-18:00
🎟️ Dħul u tour gwidat b'xejn fil-11:00 ta' filgħodu kull nhar ta' Ħadd
Jekk tixtieq tkun taf aktar: https://micas.art/mt/a-new-life-force-fil-micas-ticcelebra-l-energija-dejjiema-tal-pittura-ispirata-minn-malta/
-
MICAS’s new exhibition of paintings by Nathanaëlle Herbelin, Kemi Onabulé and Megan Rooney, curated by MICAS Artistic Director Edith Devaney in ‘𝗔 𝗡𝗲𝘄 𝗟𝗶𝗳𝗲 𝗙𝗼𝗿𝗰𝗲’ exhibition has official opened last weekend.
The opening was addressed by H.E. Myriam Spiteri Debono, President of Malta, who spoke about the role of institutions like MICAS in connecting Malta's cultural heritage with contemporary voices from around the world, and Dr Malcolm Paul Agius Galea, Minister for Arts, Cultural and National Heritage, that talked about how an exhibition like ‘A New Life Force’ reminds us that culture is never static. It evolves, it responds, and it creates new conversations between where we come from and where we want to go.
MICAS Executive Chairperson, Phyllis Muscat expressed the fact that "perhaps the most complete expression" of the museum's conviction: "that the most meaningful thing our institution can do for Malta is to bring talented international artists of every generation into genuine dialogue with the place in which they work."
Artistic Director Edith Devaney spoke about the influence of Malta's culture, history, and geography on some the works — the sea-reflected Mediterranean light in Rooney's large abstractions, the islands' fauna in Onabulé's lush landscapes, and the tradition of the Maltese ex-voto in Herbelin's paintings.
🖼️ ‘𝗔 𝗡𝗲𝘄 𝗟𝗶𝗳𝗲 𝗙𝗼𝗿𝗰𝗲’ exhibition is now open and on view till until 31 January 2027.
Don't miss your chance to experience 'A New Life Force' for yourself. Visit MICAS and discover the extraordinary works of Nathanaëlle Herbelin, Kemi Onabulé, and Megan Rooney.
𝗣𝗹𝗮𝗻 𝘆𝗼𝘂𝗿 𝘃𝗶𝘀𝗶𝘁 𝘁𝗼𝗱𝗮𝘆:
🕙 𝗠𝗜𝗖𝗔𝗦 𝗢𝗽𝗲𝗻𝗶𝗻𝗴 𝗧𝗶𝗺𝗲𝘀:
- Monday closed
- Tuesday– Sunday from 10am - 18pm
🎟️ Free Admission on Sundays, with a free guided tour at 11am
If you would like to know more: https://micas.art/a-new-life-force-at-micas-celebrates-the-enduring-force-of-painting-inspired-by-malta/
Photos : Robert Goodman