Kappella San Publju Martri

Directions

Kappella San Publju Martri Il-Kappella San Publju Martri: Mużew ċkejken bi storja kbira fil-qalba tal-Furjana!

Wara l-ġurnata li esperjenzajna lbieraħ, sew bil-ftuħ għall-pubbliku tal-kappella kif ukoll waqt il-manifestazzjoni bl-i...
19/10/2026

Wara l-ġurnata li esperjenzajna lbieraħ, sew bil-ftuħ għall-pubbliku tal-kappella kif ukoll waqt il-manifestazzjoni bl-istatwa ta’ San Publju nħossuna grati għall-apprezzament u r-rispons li kellna. Il-kappella mhix sempliċiment mużew, imma hija post ħaj li għal tant snin ilu jagħti valur u jrawwem żgħażagħ biex japprezzaw il-patrimonju li ħallew missirijietna. Il-manifestazzjoni bl-istatwa ta’ San Publju, lanqas mhi sempliċiment okkażjoni ta’ divertiment. Permezz tal-preparamenti li jsiru qabel, din issir esperjenza ħajja ta’ komunità li kapaċi tiċċelebra l-fidi tagħha fil-beraħ b’mod dinjituż. Iċ-ċentru jibqà Alla li lejH aħna grati għax għoġbu jinqeda b'San Publju biex jiltaqa' magħna. Ninsabu ċerti li dawn kienu okkażjonijiet fejn fihom sar il-ġid.

Ħajr lil dawk kollha li tawna s-sapport meħtieġ: Il-Kunsill Lokali Floriana, is-Soċjetà Filarmonika Vilhena u l-Assoċjazzjoni Publju ta’ Malta. Fuq kollox grazzi lill-benefatturi tal-kappella u lil dawk kollha li żaru l-kappella bi ħġarhom.

Victor, victrice, patria dignus!Grazzi, San Publju! Għada kollox b’wicc il-ġid.
18/10/2026

Victor, victrice, patria dignus!

Grazzi, San Publju! Għada kollox b’wicc il-ġid.

18/10/2026

San Publju dalgħodu bierek it-toroq tal-Furjana.

Bil-lest. Niltaqgħu fl-10.00am.
18/10/2026

Bil-lest. Niltaqgħu fl-10.00am.

Għada waqt Ġenna ta' Ġonna...Se jkollok ċans tara wieħed minn sett gastri għal fuq il-bradella tal-istatwa ta' San Publj...
17/10/2026

Għada waqt Ġenna ta' Ġonna...

Se jkollok ċans tara wieħed minn sett gastri għal fuq il-bradella tal-istatwa ta' San Publju. Xogħol immudellat minn Publio Agius u miksi bil-fidda.

Dawn il-gastri saru fuq dawk oriġinali tal-vara ta' San Publju, disinn ta' Abram Gatt u mogħtija b'rigal minn Publio Cini (fir-ritratt) fl-okkażjoni tat-tmintax -il ċentinarju mill-martirju ta' San Publju, 1925.

Ritratt: Disinn oriġinali ta' dawn il-gastri.

Bil-lest għal għadaNiltaqgħu fl-10:00 quddiem il-Kappella
17/10/2026

Bil-lest għal għada

Niltaqgħu fl-10:00 quddiem il-Kappella

Ħajr lil Brian Camilleri tal-Warda Flower Shop li ta' kull sena jżejjen il-kappella b'arranġamenti u fjuri mill-isbaħ.Ġe...
17/10/2026

Ħajr lil Brian Camilleri tal-Warda Flower Shop li ta' kull sena jżejjen il-kappella b'arranġamenti u fjuri mill-isbaħ.

Ġenna ta' Ġonna 2026

APPELLHekk kif l-attività annwali Ġenna ta' Ġonna tinsab ftit jiem il-bogħod, bħalissa nkunu għaddejjin b'diversi prepar...
16/10/2026

APPELL

Hekk kif l-attività annwali Ġenna ta' Ġonna tinsab ftit jiem il-bogħod, bħalissa nkunu għaddejjin b'diversi preparamenti. Fost ħafna affarijiet oħra, nieħdu ħsieb li nnaddfu l-Kappella, però sfortunatament qed ikollna nieħdu xogħol żejjed kull darba minħabba l-ammont esaġerat ta' ħmieġ, partikolarment loqom tas-sigaretti li nsibu fil-qsari ta' quddiem il-Kappella.
Dan huwa diżrispett kbir kemm lejna li jkollna nnaddfu l-ħmieġ li qed iħallu dawn il-persuni li jħallu l-iskart tagħhom kif jidher fir-ritratti, kif ukoll lejn l-amjent ta' madwarna b'mod in ġenerali.

Il-qsari qegħdin hemm biex jikbru l-pjanti u mhux miżbla.

Aktar preparamenti għal Ġenna ta’ Ġonna 2026!  Il-preparamenti għaddejjin ġmielhom fil-Kappella ta’ San Publju Martri fi...
14/10/2026

Aktar preparamenti għal Ġenna ta’ Ġonna 2026!

Il-preparamenti għaddejjin ġmielhom fil-Kappella ta’ San Publju Martri fil-Furjana sabiex nhar il-Ħadd, 18 ta’ Ottubru, inkunu nistgħu nilqgħukom għal din l-attività.

Il-kappella se tkun miftuħa tul il-ġurnata kollha, fejn wieħed ikun jista’ jżurna u japprezza diversi artifatti u oġġetti ta’ valur storiku u artistiku relatati ma’ San Publju u mal-istorja tal-Furjana.

Inħeġġukom tingħaqdu magħna, iżżuru l-kappella u tiskopru aktar mill-wirt storiku u reliġjuż li għandha x’toffri.

Address

53, Triq L-Isqof Mauro Caruana
Floriana

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Kappella San Publju Martri posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Shortcuts

Share

Category