Stella Maris Exhibition Rooms

Directions

Stella Maris Exhibition Rooms Set in a grand 19th-century house, the museum displays a fascinating collection of sacred art through the centuries, showcasing the parish's heritage.

Open every Sunday from 10:00am to 12:00 noon. Entrance is free. 50, High Street, Sliema, Malta

Tnejn 5 ta’ Ottubru 2026Lq 10, 25-37Il-ħajja ta’ dejjem tiddependi mill-imħabba ta’ Alla u tal-proxxmu. Ġesù  jdawwar il...
05/10/2026

Tnejn 5 ta’ Ottubru 2026
Lq 10, 25-37

Il-ħajja ta’ dejjem tiddependi mill-imħabba ta’ Alla u tal-proxxmu. Ġesù jdawwar il-mistoqsija “min hu ħija?” f’persuna konkreta, tad-demm u l-laħam li jġib ruħu ta’ ħija ma’ min kien fil-bżonn.

U nifhmu aħjar il-parabbola tas-Samaritan it-tajjeb meta nqisu li dan is-Samaritan huwa Ġesù: Ġesù huwa mwarrab mil-Lhud (bħas-Samaritani) imma hu biss jieħu ħsieb lir-raġel mitluq għall-mewt (aħna wkoll misruqa minn dawk li moħħhom biss fil-ġid u l-poter, il-ħallelin.)

Il-qassis u s-seminarista iżjed jobdu l-Liġi li ma jiċċapsux bid-demm wara li talbu fit-Tempju milli jagħmlu karità ma’ Lhudi li huwa ħuhom. Mit-Tempju u mit-talb ma ħadu xejn. Fejn hi l-imħabba mal-proxxmu tagħhom?

Jiġifieri hija l-imġieba li tagħmlek proxxmu u mhux ħaġa oħra: l-imħabba tal-proxxmu tidher fl-imġieba tagħna ma’ ħaddieħor.
B’qalbna miftuħa bħal ta’ Ġesù aħna wkoll inkunu proxxmu tajjeb ma’ ħaddieħor, kif Ġesù huwa magħna.

L-Istatwa tal-Madonna tar-RużarjuFost l-opri ta’ arti sagra li ġarrbu ħsara jew intilfu għal kollox waqt il-ħbit mill-ar...
03/10/2026

L-Istatwa tal-Madonna tar-Rużarju

Fost l-opri ta’ arti sagra li ġarrbu ħsara jew intilfu għal kollox waqt il-ħbit mill-arju fuq il-Knisja ta’ Stella Maris waqt it-Tieni Gwerra Dinjija nsibu xbieha ferm sabiħa tal-Madonna tar-Rużarju. Din kienet inħadmet fl-1901 minn dak li kien magħruf bħala ‘il-prinċep tal-istatwarji Maltin’, jiġifieri Karlu Darmanin (1825-1909). Dan ifisser li meta l-istatwarju Senglejan sawwar din ix-xbieha Marjana, hu kellu 76 sena u allura kien fl-aqwa tal-maturità artistika tiegħu.

Ix-xorti riedet li l-Parroċċa Matriċi ta’ Stella Maris gawdiet din l-istatwa għal erbgħin sena biss sakemm il-Knisja Parrokkjali kienet il-mira tal-istukas Ġermaniżi waqt it-Tieni Gwerra Dinjija.

Dan kien ifisser li kellha tiġi ordnata statwa kemxejn differenti fl-istil mill-ewwel waħda.Għal darb’ora, missirijietna rrikorrew għand wieħed mill-aqwa statwarji (jekk mhux l-aqwa wieħed) tal-mument. Qed nirreferi għal Wistin Camilleri (1885-1979). Wistin ħadem kwantità kbira ta’ xbihat sagri permezz ta’ tipi differenti ta’ medium. Kien ukoll magħruf għall-Kurċifissi devoti li kien jaħdem tant li kien imlaqqam bħala ‘Wistin tal-Kurċifissi’.

Wistin Camilleri ħadem din l-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju fil-kartapesta fl-1946. Dan ifisser li din is-sena 2026, qed infakkru 80 sena minn meta nħadmet. Fatt kurjuż li ftit jafu hu li oriġinarjament fuq il-pedestall tagħha, apparti l-erba’ bukketti żgħar tal-ganutell, kienet tintrama girlanda unika tat-tip tagħha għax kemm il-fjuri u kemm il-petali kienu tal-landa miżbugħa. Il-benefattur li kien ħallas għall-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju kien is-Sur Benjamin Gatt.

Mario Formosa Holt

Dun Vinċenz La RosaNhar il-15 ta’ Settembru, il-Knisja Kattolika tfakkar lil Marja Addolorata. Id-devozzjoni lejn dan it...
29/08/2026

Dun Vinċenz La Rosa
Nhar il-15 ta’ Settembru, il-Knisja Kattolika tfakkar lil Marja Addolorata. Id-devozzjoni lejn dan it-titlu Marjan fil-Parroċċa ta’ Stella Maris ilha ħafna żmien. Nistgħu ngħidu li ż-żerriegħa ta’ dan kollu nżergħat minn saċerdot żagħżugħ – Dun Vinċenz La Rosa.

Min kien Dun Vinċenz La Rosa?
Iben Carlo La Rosa u Marija, xebba Scicluna, twieled il-Belt Valletta nhar it-22 ta’ Lulju 1839. Hu ġie mgħammed fil-Bażilika Dumnikana ta’ Santa Marija tal-Portu Salvu.
Nhar is-17 ta’ Diċembru 1864, fl-età ta’ 25 sena ġie ordnat saċerdot. Dakinhar, minn idejn l-Isqof Mons Gaetano Pace Forno kienu ġew ordnati b’kollox 26 saċerdot - 6 reliġjużi u 20 djoċesani.

Dan is-saċerdot żagħżugħ stinka kemm felaħ sabiex fost l-ewlenin Slimiżi xerred id-devozzjoni lejn Marija Addolorata. Din id-devozzjoni ħadet spinta ’l quddiem fil-Ġimgħa Mqaddsa tal-1872 b’għadd ta’ funzjonijiet fil-Knisja ta’ Stella Maris li komplew iżidu mas-solennità ta’ dawn il-jiem għeżież.

Dan kollu kien wassal lil xi devoti jħajru lil Dun Vinċenz sabiex iwaqqaf sodalità ad unur d-Duluri ta’ Marija Santissima. Hu wettaq din ix-xewqa tal-ewlenin Slimiżi u nhar it-22 ta’ Settembru 1872 saret funzjoni straordinarja fil-knisja ta’ Stella Maris li tat bidu għal din il-konkregazzjoni. Dakinhar inkitbu 90 ruħ!

Finalment din il-kongragazzjoni b’digriet maħruġ minn Ruma nhar it-8 ta’ Settembru 1892 ġiet aċċettata sabiex tifforma parti mit-Terz’Ordni tas-Servi ta’ Marija.

Fost xogħol pastorali ieħor, Dun Vinċenz serva ta’ Viċi Parroku tal-unika Parroċċa Slimiża ta’ dak iż-żmien – dik ta’ Stella Maris. Wara marda qasira hu radd ruħu lill-Mulej Alla nhar il-5 ta’ Lulju 1907. Huwa jinsab midfun fil-Bażilika-Kolleġġata ta’ San Pawl ir-Rabat.

Mario Formosa Holt

Id-Devozzjoni lejn il-Qalb ta’ ĠesùIx-xahar ta’ Ġunju hu marbut l-aktar mal-qima u d-devozzjoni lejn l-Ewkaristija Mqadd...
15/06/2026

Id-Devozzjoni lejn il-Qalb ta’ Ġesù

Ix-xahar ta’ Ġunju hu marbut l-aktar mal-qima u d-devozzjoni lejn l-Ewkaristija Mqaddsa, kif ukoll lejn il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù.

Id-devozzjoni lejn il-Qalb ta’ Ġesù tmur lura ħafna fiż-żmien, anke jekk il-festa propja twaqqfet fi ħdan il-Knisja f’nofs is-seku dsatax.
Saħansitra nsibu li fis-seklu ħdax xi devoti kienu jimmeditaw fuq il-pjagi tas-Sinjur tagħna. Lejn tmiem is-seku tlettax, Santa Gertrude għenet biex kibret din id-devozzjoni. Fl-1670 San Ġwann Eudes iċċelebra l-ewwel festa f’ġieħ il-Qalb ta’ Ġesù.
L-akbar spinta ngħatat tliet snin wara, meta s-soru Franċiża tal-Viżitazzjoni. Santa Margerita Marija Alacoque kellha dehriet ta’ Sidna Ġesù Kristu nnifsu li talabha sabiex tħeġġeġ lill-Insara biex kull l-ewwel Ġimgħa tax-xahar jattendu għall-Quddies u jitqarbnu u jagħmlu adorazzjoni quddiem l-Ewkaristija Mqaddsa.
F’dehra oħra li din il-qaddisa kellha fl-1675 Sidna Ġesù Kristu wrijha x-xewqat li ssir festa ta’ kull sena f’ġieħ il-Qalb Imqaddsa Tiegħu. Kien il-Papa Beatu Piju IX b’għamar li l-festa f’ġieħ il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù tiġi ċċelebrata kull sena, nhar il-Ġimgħa wara l-festa ta’ Corpus Christi. Dan kien fl-1856, jiġifieri 170 sena ilu.

Fil-knisja ta’ Stella Maris insibu mill-inqas tliet xbiehat tal-Qalb ta’ Ġesù. Waħda minn dawn hi statwa tal-kartapesta maħduma f’Lecce l-Italja fl-1947. Din tinsab fin-niċċa fil-Kappellun tad-Duluri u flimkien mal-istatwa ta’ San Ġużepp u tal-Madonna tar-Rużarju kienu għotja tal-Kommendatur Benjamino Gatt.

Mario Formosa Holt

L-Artal tar-RepożizzjoniNhar il-Ħamis ix-Xirka fi ħdan il-Knisja Kattolika jingħata bidu għal dak li hu magħruf bħala t-...
13/05/2026

L-Artal tar-Repożizzjoni

Nhar il-Ħamis ix-Xirka fi ħdan il-Knisja Kattolika jingħata bidu għal dak li hu magħruf bħala t-Tridu tal-Għid il-Kbir li jilħaq il-qofol tiegħu fil-Vġili tal-Għid li hija l-akbar festa tal-Knisja.

Fil-fatt jekk wieħed jinnota attentament, l-ebda waħda mill-ewwel żewġ ċelebrazzjonijiet – jiġifieri dawk ta’ Ħamis ix-Xirka u ta’ jum il-Ġimgħa l-Kbira ma jintemmu bil-kliem li kull saċerdot jgħid fl-aħħar tal-Quddiesa, jiġifieri “Morru fi-paċi ta’ Kristu.” Dan għaliex dawn iċ-ċelebrazzjonijiet jiffurmaw ċelebrazzjoni liturġika waħda li kif għidna tilħaq il-qofol tagħha biċ-ċelebrazzjoni tal-Vġili tal-Għid Imqaddes.

Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni ta’ Ħamis ix-Xirka, iċ-ċelebrant jieħu s-Sagrament Imqaddes lejn l-Artal tar-Repożizzjoni u jpoġġih għal-adorazzjoni tal-fidili f’dik li tissejjaħ ‘capsula’. Fil-kaz tagħna hu speċi ta’ tabernaklu tal-injam indurat bir-raġġiera warajh.

Is-Sagrament Imqaddes jibqa’ fl-Artal tar-Repożizzjoni sa meta fil-funzjoni ta’ Jum il-Ġimgħa l-Kbira jerġa’ jittieħed lejn l-Artal Maġġur sabiex ikun jista’ jsir it-Tqarbin Imqaddes. Waqt dawn il-jumejn issir l-adorazzjoni jew kif inhuma magħrufa bħala s-Seba’ Visti. Dawn jistgħu jsiru kemm individwalment kif ukoll minn gruppi bħal bħal ngħidu aħna ta’ fratellanzi, għaqdiet reliġjużi, kif ukoll oħrajn bħalma huma każini tal-baned.

Għal dan il-għan, matul iż-żmien, ġew stampati diversi kotba sabiex jgħinu lil dak li jkun waqt l-adorazzjoni. Uħud minn dawn il-kotba wieħed jista’ jarahom fil-Wirja annwali li tittella’ fil-Mużew Parrokkjali fi żmien il-festi tal-Għid.

Ta’ min jinnota li aħna l-Maltin insejħu l-Artal tar-Repożizzjoni bħala s-Sepulkru. Dan il-fatt hu marbut ma’ żewġ raġunijiet prinċipali. Wieħed irid jiftakar li fl-imgħoddi fil-qrib ta’ dan l-Artal kienet titpoġġa kaxxa biex fiha jinġabru l-offerti. Fuqha kien ikollha l-kliem PER IL SANTO SEPULCRO , li kien ifisser li dawn l-offerti huma intenzjonati għall-Art Imqaddsa. Missirjietna kienu jinterpretaw din il-ħaġa bħala l-lok fejn hemm midfun Sidna Ġesù Kristu. B’hekk daħlet fit-terminoloġija Maltija l-kelma SEPULKRU meta fil-fatt ilkoll nafu li Sidna Ġesù Kristu ħareġ rebbieħ fuq il-mewt.

Kif nafu llum, l-Artal tar-Repożizzjoni jintrama f’dak tar-Rużarju. Sal-1966 kien jintrama fuq l-artal ta’ San Ġużepp. Iżda peress li kemm dan l-artal kif ukoll dak tal-Madonna tal-Karmnu kienu teħħew fl-1967 ma setgħax jintrama iktar hemm.

Ir-raġuni għalfejn kien jintrama hemm hi li tradizzjonalment dan l-artal għandu jkun l-aktar imbiegħed mill-Artal Maġġur. Fil- fatt għadna nsibu sa fi żmienna li f’ċerti knejjes jintrama saħansitra f’oratorji annessi mal-istess knejjes.

Mario Formosa Holt

ID-DEVOZZJONI LEJN IL-MADONNA TA’ FATIMA FIL-PARROĊĊA TA’ STELLA MARISBejn it-13 ta’ Mejju u t-13ta’ Ottubru 1917, dik l...
12/05/2026

ID-DEVOZZJONI LEJN IL-MADONNA TA’ FATIMA FIL-PARROĊĊA TA’ STELLA MARIS

Bejn it-13 ta’ Mejju u t-13ta’ Ottubru 1917, dik li sejħt lilha nnifisha bħala ‘Is-Sinjura li ġejja mis-sema’ dehret lil tlett itfal ċkejknin waqt li kienu jirgħu n-nagħaġ f’Cova da Iria ġewwa Fatima, l-Portugal. Din is-Sinjura ma kienet ħadd ħlief il-Verġni mbierka Ommna Marija. It-tfal ċkejknin kienu Luċija, ta’ ħdax-il sena u l-kuġini tagħha Franġisku ta’ disa’ snin u oħtu ż-żgħira ta’ seba’ snin.

Kien iż-żmien imqalleb tal-Ewwel Gwerra Dinjija. Bħalma jiġri ħafna drabi, kien hemm ħafna xettiċiżmu dwar dawn id-dehriet tal-Madonna u bħal dejjem il-Knisja Kattolika mxiet b’ħafna kawtela sakemm irrikonoxxithom.
Fil-fatt kien l-E. T. Mons Josè Alves Correia da Silva, Isqof ta’ Leiria, li permezz ta’ ittra pastorali ppublikata nhar it-13 ta’ Ottubru 1930, iddikjara d-dehriet bħala awtentiċi u awtorizza d-devozzjoni lejn il-Madonna ta’ Fatima.
Naturalment minn dak il-mument, id-devozzjoni popolari lejn il-Madonna taħt dan it-titlu kompliet titħeġġeġ aktar fost il-fidili u tinxtered ma’ pajjiżi differenti td-dinja.

Il-parroċċa ta’ Stella Maris tista’ tħossha iffortunata li fi ħdanha xxetlet di id-devozzjoni Marjana tant kmieni. Fil-fatt kien is-Sur Edward Frendo li lejn l-aħħar tas-snin erbgħin twebbel li jordna statwa tal-Madonna ta’ Fatima bi tlett itfal magħha għand l-istatwarju M. Galea mill-Ħamrun. Din l-istatwa li kienet l-ewwel waħda tax-xorta tagħha f’pajjiżna u, bl-induratura b’kollox, dak iż-żmien ġiet tiswa mija u ħamsin lira sterlina.

Din ix-xbieha Marjana ddaħħlet l-ewwel darba fil-Knisja Arċipretali ta’ Stella Maris nhar is-Sibt 5 ta’ Ġunju 1948 wara li kienet inġiebet bil-baħar permezz tal-yacht Maria Loreta li trakka x-xatt ta’ Tas-Sliema u minn hemm saret manifestazzjoni devozzjonali Marjana mill-isbaħ.
Id-devozzjoni lejn il-Madonna ta’ Fatima baqgħet ħajja tul iż-żmien anke permezz ta’ manifestazzjoni li ssir ta’ kull sena bl-istatwa tal-Madonna ta’ Fatima u t-tlett itfal ċkejknin.

B’xorti tajba s-sena li għaddiet il-Mużew Parrokkjali rnexxielu jakkwista l-abbozz ta’ din l-istatwa tal-Madonna.

Mario Formos Holt

10 ta’ Frar – Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’MaltaNhar l-10 ta’ Frar, ta’ kull sena, il-Kattoliċi Maltin ifakkru l-ġ...
10/02/2026

10 ta’ Frar – Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta

Nhar l-10 ta’ Frar, ta’ kull sena, il-Kattoliċi Maltin ifakkru l-ġrajja ta’ meta Missierna l-Appostlu San Pawl ra l-għarqa fostna u b’konsegwenza ta’ hekk il-Gżejjer tagħna kienu minn tal-ewwel li ħaddnu l-fidi Nisranija.

B’xi mod anke l-Parroċċa ta’ Stella Maris hi marbuta ma’ dan il-kbir Appostlu tal-Ġnus. L-ewwel ħjiel għall-bini tal-Knisja ta’ Stella Maris jeħodna lura għal rikors imressaq lill-Isqof Publio dei Conti Sant u mgħoddi lill-Kapitlu tal-Katidral, u li jġib id-data tat-3 ta’ Mejju 1851. F’dan ir-rikors, il-ħames firmatarji talbu li jingħataw biċċa art, li kienet propjetà tal-istess Katidral sabiex tinbena knisja ġdida għall-komunità Slimiża.

Aktar t**d fix-xahar ta’ Lulju tal-istess sena l-Kapitlu tal-Katidral qabel li l-imsemmija art tingħata b’xejn sabiex tinbena knisja ġdida.Fost il-kundizzjonijiet marbuta ma’ dan il-ftehim insibu li l-knisja l-ġdida kellha tiġi ddedikata lill-Konverżjoni tal-Appostlu San Pawl (li hu t-titular tal-istess Katidral).

Kif ilkoll nafu l-knisja l-ġdida li nfetħet għall-kult u ġiet mbierka nhar is-Sibt 11 ta Awwissu 1855 ġiet iddedikata lil Marija Kewkba tal-Baħar, anke minħabba l-posizzjoni topografika ta’ Tas-Sliema f’tarf il-baħar, kif ukoll minħabba d-devozzjoni li l-ewlenin Slimiżi minn dejjem kellhom lejn il-Madonna.

Sabiex ipattu ftit għall-fatt li l-knisja l-ġdida ma ġietx iddedikata lil San Pawl, wieħed miż-żewġ artali tal-kursija ġie ddedikat propju lill-Appostlu tal-Ġnus. B’xorti ħażina l-kwadru titulari tal-istess artal, li kien tpitter mill-artist Raffaele Caruana u li kien ingħata mis-Sur Kustanz Fenech intilef maż-żmien.

Ta’ min ifakkar ukoll li s-Sezzjoni tal-Irġiel tal-Azzjoni Kattolika fi ħdan il-Parroċċa ta’ Stella Maris, ukoll kienet taħt il-patroċinju ta’ San Pawl.

Mario Formosa Holt

Mons Eleazzaro BalzanSaċerdot ieħor li serva sew lill-Knisja Maltija. Kien Slimiż u iben il-Parroċċa ta’ Stella Maris.El...
20/01/2026

Mons Eleazzaro Balzan
Saċerdot ieħor li serva sew lill-Knisja Maltija. Kien Slimiż u iben il-Parroċċa ta’ Stella Maris.

Eleazzaro (fil-qosor Lazzru) hu iben Franġisku u Marija, xebba Aquilina, li kienu joqogħdu f’numru 43 Strada Reale, illum magħrufa bħala Triq il-Kbira. Huwa twieled fl-1887 u allura hu l-akbar fost ħutu, it-tlieta saċerdoti. L-iżgħar wieħed hu Dun Mikiel Balzan, li dwaru ktibna f’Novembru li għadda.

Dun Lazzru ċċelebra l-Prima Messa il-Knisja Parrokkjali ta’ Stella Maris nhar il-Ħadd 29 ta’ Diċembru 1912. Il-mużika li ndaqqet waqt il-quddiesa kienet tas-Surmast Paolino Vassallo u niseġ il-paneġierku Mons Antonio Vella DD.

Is-saċerdot novell Dun Lazzru kien jgħallem fis-Seminarju Minuri, f’St Paul’s Street, il-Belt u fl-iskola ta’ bil-lejl tal-Unione Cattolica San Giuseppe. Kien ukoll Direttur Spiritwali tal-Kulleġġ Stella Maris f’Tas-Siema. Kien magħruf ħafna għall-prietki tiegħu u mfittex ħafna għall-paneġierki.

Fl-1918 hu nħatar bħala l-ewwel Vigarju Kurat għal Wied il-Għajn. Huwa dam iservi f’din il-kariga seba’ snin għax nhar il-15 ta’ Awwissu 1925 hu nħatar Kappillan tal-Parroċċa tal-Kalkara u mexxijha għal tmintax-il sena sħaħ. Il-parrokat tiegħu kien immarkat biż-żmien diffiċli tat-Tieni Gwerra Dinjija li wasslet sabiex fl-1942 iġġarfet il-Knisja Parrokkjali.

F’Awwissu tal-1943, hu nħatar Kanonku Onorarju tal-Katidral mill-Arċisqof Dom Mauro Caruana O.S.B.
Huwa miet fid-dar ta’ ħuh, Dun Mikiel, f’Ħ’Att**d (fejn dan tal-aħħar kien Kappillan)nhar is-6 ta’ Diċembru 1949 fl-età ta’ 62 sena.

Mario Formosa Holt

06/12/2025
PASTURI MALTIN TAL-IMGĦODDIKull presepju sabiħ kemm hu sabiħ u kbir kemm hu kbir ma huwa xejn mingħajr pasturi. Ngħidu a...
06/12/2025

PASTURI MALTIN TAL-IMGĦODDI

Kull presepju sabiħ kemm hu sabiħ u kbir kemm hu kbir ma huwa xejn mingħajr pasturi. Ngħidu aħna qiesu ġisem ta’ bniedem mingħajr ruħ.
Illum f’pajjiżna ssib tixtri kull tip ta’ pasturi – ta’ kull daqs u għamla, xogħol irfinut u dettaljat, kemm maħduma minn pasturari Maltin kif ukoll impurtati (l-aktar mill-Italja jew minn Spanja).
Iżda fl-imgħoddi ma kienx hekk. Flus fil-but id-dilettanti ma tantx kellhom u bdew jinħolqu l-magħrufin ‘pasturi tas-sold’. Aktar t**d inħolqu pasturi ftit akbar, aktar irfinuti u b’ilbies Bibliku li kienu jinbiegħu tmien soldi. Tal-ewwel ġeneralment kienu jkunu b’ilbies tradizzjonali Malti kif ukoll li juru ċerta snajja. Ta’ min ifakkar li kuntrarju għal-lum, il-pasturi tal-imgħoddi dejjem inħadmu bit-tafal Malti.

L-aktar li teħodna ‘l bogħod l-istorja tal-pasturari Maltin hi lejn is-seklu dsatax. F’din il-kitba ser nillimitaw ruħna għal ftit minnhom.
Fost dawk bikrin jissemmew Ġanni Apap, il-Kappuċċin Patri Mamo, Duminku Busuttil u Fra Wiġi Poggi, Tereżjan.
Fra Wiġi kien Bormliż mogħni b’ħafna talenti sbieħ. Huwa kien magħruf fl-Ordni Tereżjan bħala Fra Luigi ta’ San Ġużepp. Hu kien responsabbli mir-rinnovament tas-Santwarju Marjan f‘Haifa ddedikat lil Marija Stella Maris. Apparti li kien responsabbli tax-xogħol strutturali u arkitettoniku tal-kunvent li kien imiss mal-istess Santwarju, huwa pitter il-koppla tal-istess lok Marjan. Nistgħu ngħidu wkoll li Fra Luigi ta’ San Ġużepp kien l-ewwel Malti li esporta l-presepji. Fil-fatt sal-lum wieħed għadu jista’ jammira presepju kbir mekanizzat li dan, ħuna Malti bħalna, kien ħadem fil-bidu tas-seklu għoxrin. Illum dan il-presepju jinsab għall-wiri fis-sagristija tal-istess Santwarju.

Fost l-ewlenin pasturari Maltin żgur li wieħed ma jistax ma jsemmix lil Kav. Wistin Camilleri (1885-1979). Wistin beda l-karriera brillanti tiegħu bħala statwarju permezz tal-pasturi li kien joħloq meta kien għadu żgħir. Dawn il-pasturi, nistgħu ngħidu, li kienu wittew it-triq għal kwantità kbira ta’ xogħolijiet artistiċi ta’ kull għamla u daqs li ħarġu minn idejn dan l-istatwarju prolifiku. Ta’ Wistin insibu diversi xogħolijiet fil-knejjes Maltin, fosthom anke vari tal-Ġimgħa l-Kbira. Fil-knisja ta’ Stella Maris insibu l-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju. Fil-festi Maltin insibu diversi statwi ta’ Qaddisin, Profeti u Anġli li jintramaw fit-toroq u l-pjazzez tagħna u li lkoll inħadmu minn Wistin Camilleri li baqa’ magħruf ukoll għall-kurċifissi sbieħ li kien jaħdem.

Dawn li semmejna kienu biss ftit mill-pasturari ewlenin Maltin. Jekk il-Bambin irid darb’oħra nsemmu xi wħud oħrajn.

Mario Formosa Holt

Address

50, High Street
Sliema

Opening Hours

10:00 - 12:00

Website

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Stella Maris Exhibition Rooms posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Shortcuts

Share

Category