MUŻA

Call Directions Website Contact the museum

MUŻA MUŻA is Malta’s National Community Art Museum and one of Heritage Malta’s national sites and museums.

MUŻA also manages part of Malta’s National Collection, boasting more than 15,000 works of art and artefacts.

🇲🇹 F'dan l-akkwarell, xi rġiel u ftit nisa minn klassijiet soċjali differenti jidhru miġburin quddiem il-monument ikonik...
16/10/2026

🇲🇹 F'dan l-akkwarell, xi rġiel u ftit nisa minn klassijiet soċjali differenti jidhru miġburin quddiem il-monument ikoniku tal-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta, skolpit minn Antonio Sciortino. L-okkażjoni hi l-Otto Settembre (it-8 ta' Settembru), magħrufa wkoll bħala Jum il-Vitorja. Dakinhar hu l-anniversarju ta' meta t-Torok Ottomani ċedew u telqu minn Malta fl-1565, meta ntemmet il-Ħakma Franċiża fl-1800, u, mill-1943, meta Malta nfdiet mit-Tieni Gwerra Dinjija, li kienet ġabitha għarkupptejha.

Dan l-akkwarell kien fil-kollezzjoni ta' Dr Albert Ganado (1923–2025) u nxtara minn Heritage Malta waqt irkant li sar iktar kmieni din is-sena.

🇬🇧 In this watercolour, men and a few women of all classes gather before Antonio Sciortino’s iconic ‘Monument to the Fallen in the Great Siege’ in Valletta. The occasion is the Otto Settembre (8th September) or Victory Day anniversary marking the successful retreat of the Ottoman Turks in 1565. This day also commemorates the end of the French Occupation in 1800, and, after 1943, it became an annual occasion to honour Malta’s beaten but undefeated re-emergence during the Second World War.

This watercolour originated from the collection of the late Dr Albert Ganado (1923-2025) and was purchased by Heritage Malta at auction earlier this year.

🇲🇹 Dan l-akkwarell, 'Veduta tal-Belt Valletta mill-Gżira Manoel,' hu żieda ġdida fil-kollezzjoni tal-MUŻA. Huwa xogħol l...
12/10/2026

🇲🇹 Dan l-akkwarell, 'Veduta tal-Belt Valletta mill-Gżira Manoel,' hu żieda ġdida fil-kollezzjoni tal-MUŻA. Huwa xogħol l-artisti Franċiż Orjentalist Jean Nicolas Henri de Chacaton, li kien żar Malta.

Il-mara, bi lbiesha eleganti, flimkien mal-kelb biswitha, jispikkaw u jistabbilixxu l-fond tal-veduta fl-isfond. Huma jidhru qed jixħtu ħarsithom 'il quddiem lejn il-Belt Valletta. Jidhru xi ftit ukoll il-voluti tal-bieb ewlieni tal-Forti Manoel, iħares lejn il-baħar. Dawn jindikaw li l-mara mhix magħrufa u l-kelb ta' magħha waqfu biex jammiraw is-sbuħija kollha li għandu x'joffri l-Port ta' Marsamxett.

Dan l-akkwarell oriġinarjament kien proprjetà ta' Dr Albert Ganado (1924–2025) u nxtara waqt irkant iktar kmieni din is-sena.

🇬🇧 This watercolour, 'View of Valletta from Manoel Island', has been a welcome addition to the MUŻA collection. It is by Jean-Nicolas-Henri de Chacaton, a French Orientalist artist who visited Malta.

The elegantly dressed woman and her dog anchor the foreground, thus setting the depth of the view. Ahead lies the profile of the Valletta promontory. In the middle distance, the barely visible crowning volutes of the seaward main portal of Fort Manoel act as the clue to where this unknown lady and her canine friend have stopped to admire all that Marsamxett Harbour has for the eyes to feast upon.

This watercolour originally belonged to Dr Albert Ganado (1924-2025) and was purchased at auction earlier this year.

🇲🇹 ⛈ Jekk it-temp qed iqabbdek attakk nervuż, dawn iż-żewġ pitturi jafu joffrulek ftit serħan. Is-sema u l-baħar Malti s...
11/10/2026

🇲🇹 ⛈ Jekk it-temp qed iqabbdek attakk nervuż, dawn iż-żewġ pitturi jafu joffrulek ftit serħan. Is-sema u l-baħar Malti spiss għaddew minn taqlibiet kbar matul is-sekli. Minn dak iż-żmien 'l hawn, inbidlu ħafna affarijiet. Liema postijiet kapaċi tagħraf, u kif saru llum il-ġurnata?

(1): Attribwita lil Giuseppe Caloriti (ċ. 1733), Veduta tal-Belt u t-Tlett Ibliet
(2): Thomas Hyde Hornbrook (1787–1858), Veduta tad-Daħla tal-Port il-Kbir

🇬🇧 ⛈If the weather has been testing your patience lately, these two paintings offer some comfort. Malta’s skies and seas were just as tumultuous throughout the centuries. Plenty else has changed since then. Which landmarks can you recognise, and how do they compare with the views we know today?

(1): Attributed to Giuseppe Caloriti (c.1733), View of Valletta and the Three Cities
(2) : Thomas Hyde Hornbrook (1787-1858), View of Entrance to Grand Harbour

🇲🇹 Ftit ilbiesi biex inebbħukom għall-ħarifa, misluta mill-aqwa xbihat ta' ħwejjeġ li tistgħu tgawdu ġewwa l-MUŻA!🇬🇧 Aut...
08/10/2026

🇲🇹 Ftit ilbiesi biex inebbħukom għall-ħarifa, misluta mill-aqwa xbihat ta' ħwejjeġ li tistgħu tgawdu ġewwa l-MUŻA!

🇬🇧 Autumn outfit inspo from some of the best dressed at MUŻA!

🇲🇹 Ftit ilu żaru l-MUŻA Massimo u Fabiola Preca, qraba tal-mibki Giorgio Preca, biex jaraw il-wirja 'Hidden Goddesses: U...
01/10/2026

🇲🇹 Ftit ilu żaru l-MUŻA Massimo u Fabiola Preca, qraba tal-mibki Giorgio Preca, biex jaraw il-wirja 'Hidden Goddesses: Unseen Paintings by Giorgio Preca.'

Wara s-suċċess tal-wirja li saret fl-2021 bix-xogħlijiet ta' Preca ġewwa l-MUŻA, il-familja tal-artist fdat lil Heritage Malta b'dawn il-31 xogħol, li qatt ma kienu ntwerew qabel, iddedikati lill-Alla Maltija Mara. Fadal ftit jiem ċans biex iżżur din il-wirja, li se tagħlaq nhar il-Ħadd 4 ta' Ottubru! Għal iktar dettalji, żur https://heritagemalta.mt/whats-on/hidden-goddesses-unseen-paintings-by-giorgio-preca/

🇬🇧 A while back, we were visited by Massimo and Fabiola Preca, relatives of the late Giorgio Preca, who came to view Giorgio's exhibition 'Hidden Goddesses: Unseen Paintings by Giorgio Preca'.

Following the success of the 2021 Giorgio Preca exhibition at MUŻA, the artist’s family has entrusted Heritage Malta with these 31 previously unseen works dedicated to the Maltese Goddess. It's your last few days to visit this vibrant exhibition, closing this Sunday 4th October! Learn more at https://heritagemalta.mt/whats-on/hidden-goddesses-unseen-paintings-by-giorgio-preca/

🇲🇹 Il-wirja ‘RE:FRAGMENTS – PRESON: Presence Beyond the Walls’ tagħlaq daqt. Fadal ftit jiem biex taraha ġewwa l-MUŻA.Ti...
30/09/2026

🇲🇹 Il-wirja ‘RE:FRAGMENTS – PRESON: Presence Beyond the Walls’ tagħlaq daqt. Fadal ftit jiem biex taraha ġewwa l-MUŻA.

Titlifx din l-esperjenza unika ġewwa l-MUŻA, il-Belt Valletta! Għal iktar dettalji, żur https://muza.mt/refragments-preson-presence-beyond-the-walls/.

🇬🇧 ‘RE:FRAGMENTS – PRESON: Presence Beyond the Walls’ closes soon - these are the last days to see it at MUŻA.

Don't miss this unique experience at MUŻA, Valletta! More information at https://muza.mt/refragments-preson-presence-beyond-the-walls/.

🇲🇹 Fadal l-aħħar ftit jiem biex iżżur il-wirja mtellgħa ġewwa l-MUŻA f’għeluq il-150 anniversarju mit-twelid ta’ Edward ...
29/09/2026

🇲🇹 Fadal l-aħħar ftit jiem biex iżżur il-wirja mtellgħa ġewwa l-MUŻA f’għeluq il-150 anniversarju mit-twelid ta’ Edward Caruana Dingli. Il-wirja tagħlaq fl-4 ta’ Ottubru.

Mir-ritratti magħrufa tiegħu għax-xeni folkloristiċi tal-ħajja rurali Maltija, il-wirja toffrilek ċans tara x-xogħlijiet ta’ wieħed mill-iktar pitturi importanti ta’ pajjiżna mill-qrib.

📍 MUŻA, Il-Belt Valletta

Skopri iktar 👉 https://muza.mt/edward-caruana-dingli-1876-1950-celebrating-150-years-since-his-birth/.

🇬🇧 Last days to visit Edward Caruana Dingli's 150th anniversary exhibition at MUŻA, closing 4th October.

From his celebrated portraits to his folkloristic scenes of Maltese village life, it's a chance to see one of the country's most important painters up close before the exhibition comes down.

📍 MUŻA, Valletta.

Learn more at 👉 https://muza.mt/edward-caruana-dingli-1876-1950-celebrating-150-years-since-his-birth/.

25/09/2026

🇲🇹 Din il-wirja unika nħalqet minn nies li jgħixu l-ħabs. Skopri iktar dwar il-ħsieb warajha, ma' Pierre Mifsud.

Għal iktar dettalji: https://muza.mt/refragments-preson-presence-beyond-the-walls/

📆 Il-wirja miftuħa sal-4 ta' Ottubru!

🇬🇧 This one-of-a-kind exhibition was created by persons living in prison. Take a deep dive into the thinking behind it with Pierre Mifsud.

Learn more about it at: https://muza.mt/refragments-preson-presence-beyond-the-walls/

📆 Open till 4th October!

🇲🇹 Framment kapaċi jostor memorja, immaġni, mistoqsija. Qatt mhu l-iskop tiegħu li jgħid l-istorja sħiħa tal-persuna li ...
19/09/2026

🇲🇹 Framment kapaċi jostor memorja, immaġni, mistoqsija. Qatt mhu l-iskop tiegħu li jgħid l-istorja sħiħa tal-persuna li ħalqitu.

Il-wirja ‘RE:FRAGMENTS – PRESON: Presence Beyond the Walls’ tippreżenta xogħlijiet maħluqa minn nies fil-ħabs bħala parti mis-sehem tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi fil-Malta Biennale 2026. Ix-xogħlijiet issa ġew addattati għall-MUŻA.

Żurna l-Belt Valletta, jew skopri iktar fuq https://muza.mt/refragments-preson-presence-beyond-the-walls/.

📅 3 Settembru – 4 Ottubru 2026
📍 MUŻA – Il-Mużew Nazzjonali tal-Arti tal-Komunità, Il-Belt Valletta

🇬🇧 A fragment can hold a memory, an image, a question. It was never meant to tell the whole story of the person who made it.

‘RE:FRAGMENTS – PRESON: Presence Beyond the Walls’ presents work made by people in prison, part of the Correctional Services Agency's contribution to the Malta Biennale 2026, now reimagined for MUŻA.

Visit us in Valletta, or head to https://muza.mt/refragments-preson-presence-beyond-the-walls/ to read more.

📅 3rd September – 4th October 2026
📍 MUŻA – The National Community Art Museum, Valletta

Address

Auberge D'Italie
Valletta
VLT1100

Opening Hours

Monday 09:00 - 17:00
Wednesday 09:00 - 17:00
Thursday 09:00 - 17:00
Friday 09:00 - 17:00
Saturday 09:00 - 17:00
Sunday 09:00 - 17:00

Telephone

+35623954500

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when MUŻA posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Museum

Send a message to MUŻA:

Shortcuts

Share

Category