16/10/2026
𓂀 X’kienet tfisser l-eternità għall-Eġizzjani tal-qedem? 🪲
Għal ċivilizzazzjoni li ffjorixxiet eluf ta’ snin ilu, il-mewt ma kinetx it-tmiem. It-twemmin tagħhom dwar il-ħajja, il-mewt u dak li jiġi warajha ħalla l-marka tiegħu fuq kollox, mir-ritwali ta’ kuljum sat-tradizzjonijiet elaborati tad-dfin.
🏺 Skopri d-dinja affaxxinanti tal-Eġittu tal-qedem permezz ta’ artefatti oriġinali fil-wirja li jmiss ta’ Heritage Malta, Għall-Ħajja Eterna: L-Eġizzjani tal-Qedem, organizzata b’kollaborazzjoni mar-Rijksmuseum van Oudheden f’Leiden.
⏳ Dalwaqt fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta! 👀
𓂀 What did eternity mean to the ancient Egyptians? 🪲
For a civilisation that flourished thousands of years ago, death was not the end. Their beliefs about life, death and what lay beyond shaped everything from daily rituals to extraordinary burial traditions.
🏺 Discover the fascinating world of ancient Egypt through original artefacts in Heritage Malta’s upcoming exhibition, Living for Eternity – The Ancient Egyptians, organised in collaboration with the Rijksmuseum van Oudheden in Leiden.
⏳ Coming soon to the National Museum of Archaeology in Valletta! 👀