13/05/2026
🇲🇹 🇪🇺 €5 miljun minn Fondi Ewropej għall-mużew il-ġdid tal-Konkatidral ta’ San Ġwann
Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann tilqa’ b’sodisfazzjon investiment ta’ €5 miljun minn Fondi Ewropej, li se jkompli jsaħħaħ il-proġett tal-mużew il-ġdid u jtejjeb il-mod kif il-wirt uniku tagħna jiġi ppreżentat, ippreservat u esperjenzat mill-viżitaturi.
Dan il-proġett se jippermetti l-konservazzjoni fit-tul ta’ kollezzjonijiet ta’ importanza artistika u storika fuq livell internazzjonali, filwaqt li joħloq spazji ġodda, titjib fl-aċċessibbiltà u l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji moderni biex joffru esperjenza aktar edukattiva u sinifikanti.
Dan huwa pass importanti li jħares lejn il-futur, filwaqt li jkompli jirrispetta u jipproteġi l-wirt tagħna.
🇬🇧 🇪🇺 €5 million in European Funds for the new museum at St John’s Co-Cathedral
The St John’s Co-Cathedral Foundation welcomes a €5 million investment from European Funds, which will further strengthen the development of the new museum project and enhance the way our unique heritage is presented, preserved, and experienced by visitors.
This project will support the long-term conservation of collections of international artistic and historical significance, while creating new spaces, improving accessibility, and introducing modern technologies to offer a more educational and meaningful visitor experience.
This is an important step towards the future, while continuing to respect and safeguard our heritage.