16/10/2026
⏳🔙 Wara aktar minn 100 sena l-korp l-antik mis-sett ta' vari tal-Parroċċa tal-Birgu, illum parti mill-kollezzjoni nazzjonali fil-mużew, reġa' qiegħed għall-wiri għal żmien qasir fil-monument oriġinali tiegħu bħala parti mill-wirja Mysterium Passionis fl-Oratorju tal-Kurċifiss ✝️
Dan u ħafna aktar ser ikollok ċans tiskoprijom għada, is-Sibt 17 u l-Ħadd 18 ta’ Ottubru, waqt dawra gwidata bla ħlas bil-Malti li fihom ser nesploraw il-patrimonju artistiku u intanġibbli marbut mal-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid.
Iż-żjara tibda fl-10:00am fil-Palazz tal-Inkwiżitur, u tkompli b’ attrazzjonijiet oħrajn mifruxa madwar il-Birgu, fosthom din il-wirja mtella’ mill-Kummissjoni Ġimgħa Kbira Birgu. Naslu fi tmiem ir-rotta madwar il-11:30am.. 🎟️🏛️
Erfa' postok minn qabel billi taqta' biljett minn kwalunkwe mużew jew sit ta’ Heritage Malta, jew online minn European Networking Days - Il-Kult tal-Ġimgħa Mqaddsa fil-Birgu - Heritage Malta.
Din l-attivita' tfakkar it-twaqqif tal-European network of Holy Week and Easter Celebrations
📌 Please note: This event will be held in Maltese only.
Fadal ftit postijiet
🔗 Ibbukkja għas-Sibt 17 https://heritagemalta.mt/store/e2117/
🔗 Ibbukkja għall-Ħadd 18 https://heritagemalta.mt/store/e2118/