Museum Xagħra

Call Directions Website Contact the museum

Museum Xagħra Museum Xaghra is the Society of Christian Doctrine's branch in Xagħra Gozo.

Festa tat-tlett Arkanġli San Mikiel, Gabriel u RafelSan Ġorġ Preca kellu devozzjoni kbira lejn l-anġli b'mod speċjali le...
29/09/2026

Festa tat-tlett Arkanġli San Mikiel, Gabriel u Rafel
San Ġorġ Preca kellu devozzjoni kbira lejn l-anġli b'mod speċjali lejn San Mikiel li għażlu biex ikun id-difensur tas-Soċjetà tal-Museum li waqqaf. Waħda mit-talbiet tiegħu lejn dan l-arkanġlu li s-soċji tal-Museum jitolbu kuljum hija din: "San Mikiel arkanġlu, difensur qalbieni, kenn u ħarsien tagħna, itlob 'l Alla għalina."
Ejjew aħna ukoll nitolbu kuljum din it-talba qasira biex San Mikiel ikompli jħarisna mill-inganni, mis-suppervja u speċjalment waqt xi tentazzjoni.

L-Erbgħa u 19 mix-xaharSan Ġorġ Preca kien devot ħafna ta' San Ġużepp. Kien jikkwota lil Beatu Luigi Guanella li kien ig...
18/08/2026

L-Erbgħa u 19 mix-xahar

San Ġorġ Preca kien devot ħafna ta' San Ġużepp. Kien jikkwota lil Beatu Luigi Guanella li kien igħid li meta id-dsatax tax-xahar jaħbat fil-jum tal-Erbgħa, San Ġużepp jaqla' grazzji kbar lil min jikkontemplah f'dan il-jum, speċjalment fin-niket u fil-ferħat tiegħu. Mela ma nħallux din il-ġurnata tgħaddi mingħajr ma nġibu quddiem għajnejna episodji mill-ħajja ta' San Ġużepp li nisslu fil-qalb safja tiegħu kemm ferħ u kemm niket. "Wisq safi Ġużeppi, li ħarist 'l Omm Verġni, int missier hieni, itlob 'l Alla għalina."

24 ta' Lulju: Jum it-twelid ta' Eugenio Borg u Inkorporazzjoni f'CubaF'dan il-jum jaħbat il-140 anniversarju mit-twelid ...
22/07/2026

24 ta' Lulju: Jum it-twelid ta' Eugenio Borg u Inkorporazzjoni f'Cuba
F'dan il-jum jaħbat il-140 anniversarju mit-twelid tal-Qaddej t'Alla Eugenio Borg, l-ewwel Superjur Ġenerali tal-MUSEUM. Inkomplu nitolbu bl-interċessjoni tiegħu, biex meta jkun il-waqt narawh mgħolli għall-ġieħ tal-altari.
F'dan il-jum ukoll, raġel ta' 44 sena, Yohansys Rojo Gonzalez, li jattendi fil-Qasam ta’ Sagua la Grande, f’Kuba se jingħaqad formalment mal-Għaqda tagħna permezz taċ-Ċerimonja tal-Inkorporazzjoni, preseduta mis-Superjur Ġenerali. Waqt li nirringrazzjaw lil Alla għal din il-vokazzjoni, nitolbu għal Yohansys kemm biex ikun soċju tal-MUSEUM għal qalb tas-Sinjur Alla kif kien Eugenio, u biex il-Mulej ikomplu jgħinu fil-ħidma tiegħu ta' tabib f'pajjiż fejn is-sitwazzjoni tal-ħajja ta' kuljum tista' tkun ferm aħjar.

Festa ta' San Ġorġ PrecaSe niċċelebraw il-festa tal-Fundatur tagħna nhar il-Ġimgħa 8 ta' Mejju fil-quddiesa tas-7pm fil-...
05/05/2026

Festa ta' San Ġorġ Preca
Se niċċelebraw il-festa tal-Fundatur tagħna nhar il-Ġimgħa 8 ta' Mejju fil-quddiesa tas-7pm fil-Bażilika. Kulħadd mistieden speċjalment il-familji bit-tfal li jattendu l-qasam, il-benefatturi u ħbieb. Isir il-bews tar-relikwija ta' Dun Ġorġ u jitqassam ktejjeb żgħir ta' tifkira. Wara t-tfal huma mistiedna jiġu l-Museum biex nieħdu pizza u drink flimkien. San Ġorġ mis-sema jberikna u jħarisna.

Laqgħa għall-Magħżulin u Aspiranti Għawdxin
23/04/2026

Laqgħa għall-Magħżulin u Aspiranti Għawdxin

Il-Mulej qam tassew! Allelujah! Bħalu għad inqumu aħna."Wisq raġun aħna għandna biex nifirħulek, għax permezz tiegħek aħ...
04/04/2026

Il-Mulej qam tassew! Allelujah! Bħalu għad inqumu aħna.
"Wisq raġun aħna għandna biex nifirħulek, għax permezz tiegħek aħna sibna l-ħajja. Inti int il-vera kawża tal-ferħ tagħna għall-kbir unur li għoġbok tagħmlilna li ma stħajtx tissejjaħ wieħed mill-aħwa tagħna. U mill-ġdid nitolbuk biex tiftakar fina; biex jirnexxielna li l-ferħ tagħna jkun mimli għal dejjem ta' dejjem. Ammen"
Silta mill-Programm tal-Għid il-Kbir ta' San Ġorġ Preca.
L-Għid it-tajjeb lil kulħadd!

PROGRAMM TAL-ĠIMGĦA MQADDSA FIL-MUSEUM.Il-Ġimgħa Mqaddsa! Ġimgħa li biddlet id-dinja. Ġimgħa li nisperaw li tbiddel liln...
27/03/2026

PROGRAMM TAL-ĠIMGĦA MQADDSA FIL-MUSEUM.
Il-Ġimgħa Mqaddsa! Ġimgħa li biddlet id-dinja. Ġimgħa li nisperaw li tbiddel lilna ilkoll.
Matul din il-ġimgħa tant għażiża, se nimxu ma' dan il-programm. Wara din il-ġimgħa, il-ġranet u l-ħinijiet tal-laqgħat jibqgħu l-istess.

25 ta' Marzu: It-tħabbira tal-Mulej" Arawha, ix-xebba ssir omm u jkollha iben u ssemmih Għimmanu-El (għax Alla magħna)"....
25/03/2026

25 ta' Marzu: It-tħabbira tal-Mulej
" Arawha, ix-xebba ssir omm u jkollha iben u ssemmih Għimmanu-El (għax Alla magħna)". Bl-iva ta' Marija lill-anġlu, l-Iben t'Alla tnissel fil-ġuf safi tagħha.
Wara li Dun Ġorġ għażel il-kliem "Verbum Dei caro factum est" biex ikun ikun id-distintiv tal-membri tal-Għaqda tiegħu, xtaq jorbot dan il-misteru tal-Inkarnazzjoni mal-Madonna. Għalhekk ordna pittura tagħha għand Rafel Bonnici Calì li segwa d-dettalji preċiżi ta' kif ridha Dun Ġorġ. Din ix-xbiha Dun Ġorġ kien isejħilha il-Madonna tal-Verbum Dei. Ejjew nifirħu lil Marija għax-xorti kbira li sabet quddiem Alla filwaqt li nitolbuha biex bħalha dejjem nagħmu ir-rieda tiegħu.
"Ifraħ o Verġni Marija, għax int sibt grazzja quddiem Alla. Int li emmint għal kelmiet tal-arkanġlu Gabriel, filwaqt li bqajt xebba, nissilt lil Alla u bniedem. U wara li tajtu lid-dinja, bqajt xebba bla mittiefsa. Omm Alla idħol għalina."

FESTA TA' SAN ĠUŻEPP"O San Ġużepp, nixtiequ nqimuk kif l-iżjed jogħġob lilek, u safejn nafu aħna li hija wisq għal qalbe...
17/03/2026

FESTA TA' SAN ĠUŻEPP
"O San Ġużepp, nixtiequ nqimuk kif l-iżjed jogħġob lilek, u safejn nafu aħna li hija wisq għal qalbek is-sjufija tiegħek, għalhekk noffrulek il-qalb safja tiegħek sabiex nunuraw, u sabiex niġbdu minnek fuq is-Soċjetà kollha Museumina l-benedizzjoni, il-protezzjoni u kull ġid ieħor spiritwali u temporali. Ammen"
Għeluq ta-talba tat-tlett inkini lil San Ġużepp, miktuba minn San Ġorġ Preca.
"Wisq safi Ġużeppi, li ħarist l-Omm Verġni, Int missier hieni, itlob 'l Alla għalina."
Jixraq li f'dan il-jum nikkuntemplaw il-ħajja ta' San Ġużepp speċjalment in-niket u l-ferħat tiegħu

JUM IL-VOKAZZJONI MUSEUMINAKien fis-7 ta' Marzu, 1907 li Dun Ġorġ Preca laqqa' għall-ewwel darba grupp ta' żgħażagħ ġo p...
06/03/2026

JUM IL-VOKAZZJONI MUSEUMINA
Kien fis-7 ta' Marzu, 1907 li Dun Ġorġ Preca laqqa' għall-ewwel darba grupp ta' żgħażagħ ġo post mikri fil-Ħamrun li serva bħala l-ewwel qasam tal-Museum. Jum li aktar t**d beda jiġi meqjus bħal Jum is-Sejħa tagħna tal-Museum. Waqt li nirringrazjaw lil Alla għal dawn il-kważi 120 sena ta' ħidma, inkomplu nitolbu biex iktar żgħażagħ jagħtu widen għas-sejħa li l-Mulej jista' jagħmlihom fl-għaqda tagħna biex Kristu jkun iktar magħaruf u maħbub.

Address

"Dar Dun Gorg", Dun Ġorġ Preca Street
Xagħra
XRA2054

Alerts

Be the first to know and let us send you an email when Museum Xagħra posts news and promotions. Your email address will not be used for any other purpose, and you can unsubscribe at any time.

Contact The Museum

Send a message to Museum Xagħra:

Shortcuts

Share